F’din it-taħdita Michela Saliba ppreżentat studju li għamlet fuq ġabra kbira ta’ ħwejjeġ moħġaġa li rnexxielha tiġbor minn lokalitajiet differenti. Iddiskutiet it-temi li jissemmew f’dawn l-indovinelli, l-istruttura tagħhom, u l-varjanti li nsibu fuq fomm il-poplu. It-taħdita saret nhar il-Ħamis, 18 ta’ Ottubru 2018 fis-Sala tal-Perjodiċi tal-Librerija ċentrali tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, fis-6:00pm. Din kienet taħdita mis-sensiela tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.
Segwi hawn: Michela Saliba , Il-Ħaġa Moħġaġa , 18 ta’ Ottubru 2018