Biex niċċelebraw il-kollaborazzjoni l-ġdida bejn id-Dipartiment tal-Malti u l-Fondazzjoni tal-Arkivji Nutarili (NAF), qed norganizzaw l-attività Bejn Kliem u Atti.
David Attard u Bradley Cachia, studenti tal-Baċellerat, se jaqsmu mal-udjenza silta mill-istorja li kitbu ispirata minn dokumenti fl-Arkivju tar-Reġistri Nutarili. Se jieħdu sehem ukoll Dr Olvin Vella u l-Prof. Arnold Cassola li se jirrakkuntaw aneddoti marbuta mar-riċerka fl-arkivji u l-biblijoteki.