Fil-11 ta’ Frar 2022, fis-6.00pm, Joseph Buttigieg se jagħmel taħdita pubblika bl-isem, “Dun Ġorġ żarmat fi kliem: L-analiżi lessikali bħala għodda ta’ interpretazzjoni.”
Din it-taħdita, li qed issir bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti u s-Soċjetà tal-Mużew, hija bbażata fuq ir-riċerka li għamel għat-teżi tal-Masters tiegħu fil-Lingwistika Maltija u li tmexxiet minn Dr Michael Spagnol.
It-taħdita hija miftuħa għal kulħadd u se ssir fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM ta’ Blata l-Bajda.