Frattarija u teatrini: l-istorbju fil-kitba ta’ Juann Mamo

Il-Ħamis 14 ta’ Novembru 2024 se tittella’ serata li teċċelebra n-narrattiva ta’ Juann Mamo. Peremzz tal-qari animat ta’ Bradley Cachia u Kristina Catania se tingħata prominenza lit-teatralità satirika li xxekkel l-iżvilupp tal-karattri u l-ġrajjiet fir-rakkonti ta’ Mamo. L-interventi kritiċi tal-Prof. Bernard Micallef se jispjegaw kif tinbena l-eċċessività fil-mutetti, il-ħsejjes, u l-manjieri vulgari tal-karattri, u kultant tan-narratur innifsu.

Din l-attività hi organizzata mill-Fondazzjoni tal-Ġiżwiti f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti – Università.

Tibda fis-7:30 PM u se ssir fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt.

 

Ara Aktar