Il-Ħares, u Karattri oħra tal-Fantasija Maltin

It-Tnejn 8 ta’ Novembru 2021, fis-6:00pm, Ġużi Gatt se jagħmel taħdita bl-isem ta’ Il-Ħares, u Karattri oħra tal-Fantasija Maltin. Din it-taħdita se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar