Il-Kollezzjoni Nazzjonali tal-Kostumi u t-Tessuti fi ħdan Heritage Malta

It-Tnejn 22 ta’ Novembru 2021, fis-6:00pm, Annamaria Gatt se tagħmel taħdita bl-isem ta’ Il-Kollezzjoni Nazzjonali tal-Kostumi u t-Tessuti fi ħdan Heritage Malta. Din it-taħdita se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar