It-Tlieta 13 ta’ April fis-6:00pm Kurt Slattery se jitkellem dwar Il-Makkjetta: Riċetta Maltija għall-Buri u l-Geddum.
Il-makkjetta Maltija, għalkemm ħarġet mit-teatru popolari Taljan, kellha żvilupp oriġinali u awtonomu, b’xejriet lokali u bil-ġenju kreattiv tal-artisti Maltin li ħaddmuha. Kurt Slattery se jittratta l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawn l-għanjiet b’laqta umoristika li daħlu fiż-żewġ divertimenti kbar li kien hawn fis-seklu għoxrin: it-teatrin u l-għana. Waqt it-taħdita se nisimgħu xi makkjetti ta’ Charles Clews, Fredu Spiteri l-Lavarist u Fredu Abela l-Bamboċċu.
Din l-attività, li se ssir online, hi parti minn sensiela ta’ taħditiet organizzati mill-membri tal-proġett tat-Tradizzjoni Orali.
Ħajr lil Ġorġ Mallia tal-illustrazzjoni.
Aktar tagħrif: https://www.facebook.com/events/1324494067912577/