Il-Poter tal-Kelma: Politika u Letteratura f’Oliver Friggieri

Is-Sibt, 30 t’April 2022, se ssir konferenza fil-Parlament, organizzata bejn id-Dipartiment tal-Malti u d-Dipartiment tal-Politika Pubblika. Il-konferenza bl-isem ta’ “Il-Poter tal-Kelma: Politika u Letteratura f’Oliver Friggieri” tibda fid-08:45 u tagħlaq fis-14:00.
Il-kelliema li se jieħdu sehem huma: is-Sa Sara Brincat Friggieri, bint il-Professur Oliver Friggieri; Dr George Vital Zammit, is-Sur Andre Debattista, u s-Sur Robert Micallef mid-Dipartiment tal-Politika Pubblika; Dr David Aloisio mid-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College; is-Sa Justine Somerville, Dr Immanuel Mifsud, u Prof. Bernard Micallef mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università.

Ara Aktar