“Ix-xemx issaħħan imma l-ebda borma ma tgħalli” I Joseph Farrugia

Il-Ħamis 20 ta’ April 2023, fis-6:00pm, Joseph Farrugia se jagħmel taħdita bl-isem ta’ “Ix-xemx issaħħan, imma l-ebda borma ma tgħalli! – is-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja ta’ ġor-raba’ u ta’ ġewwa r-raħal”. Din it-taħdita li se titmexxa minn Ġużi Gatt se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar