Jaqaw Ġej biċ-Ċajt!

It-Tnejn 30 ta’ Mejju 2022, fis-6:00pm, “Jaqaw Ġej biċ-Ċajt!”, serata taċ-ċajt fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta. Jieħdu sehem Trevor Żahra u Vince Piccinino, b’intervent ta’ Thea Farrugia li rriċerkat iċ-ċajt taħt is-superviżjoni ta’ Dr Michael Spagnol.Ejjew u rrakkontaw ċ-ċajt tagħkom!

Dawk li jixtiequ jiġu għandhom jibagħtu email fuq adrian.grima@um.edu.mt jew yanika.schembri-fava.13@um.edu.mt biex jirriservaw post.

Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar