Mill-21 sal-24 ta’ Mejju, id-Dipartiment tal-Malti, id-Dipartiment tal-Lingwi u l-Kulturi tal-Lvant Nofsani u l-Asja, u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwi se jorganizzaw il-ħmistax-il edizzjoni tal-konferenza tal-AIDA, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Djaletti tal-Għarbi, li twaqqfet f’Pariġi fl-1992 bl-għan li tippromwovi d-djaletti Għarab u r-riċerka dwarhom.
Din il-konferenza ssir kull sentejn, u din is-sena se ssir l-Università ta’ Malta, fil-binja tal-Belt Valletta.