L-Istejjer u l-Ħrejjef tan-Nanna Karmena Suban

It-Tnejn 25 ta’ April 2022, fis-6:00pm, Mons. Louis Suban se jagħmel taħdita bl-isem ta’ “L-Istejjer u l-Ħrejjef tan-Nanna Karmena Suban”. Din it-taħdita se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar