“Magħna ma tagħmlu xej’!” Il-Malti fost il-Partitarji ta’ Hibernians F.C. u Valletta F.C. I Nicole Mangion

Il-Ħamis 4 ta’ Mejju 2023, fis-6:00pm, Nicole Mangion se tagħmel taħdita bl-isem ta’ “Magħna ma tagħmlu xej’!” Il-Malti fost il-Partitarji ta’ Hibernians F.C. u Valletta F.C. Din it-taħdita se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar