Riċerkaturi: It-Tnedija

Waqt Festalingwi d-Dipartiment tal-Malti se jniedi r-raba’ edizzjoni tal-pubblikazzjoni li tiċċelebra x-xogħol tal-istudenti: Riċerkaturi.

Wara din it-tnedija lkoll mistednin biex innaqqru xi ħaġa flimkien.

Festalingwi qed tittella’ mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u l-Università ta’ Malta. L-attivitajiet kollha se jsiru l-Università ta’ Malta, fil-binja tal-Belt Valletta, minn 12:00 sad-21:30.

It-tnedija ta’ Riċerkaturi se ssir mill-4pm sal-5pm.

Ara Aktar