Taħdita | Mons. C. Psaila u d-Dizzjunarju Ingliż u Malti

F’din it-taħdita Dwayne Ellul jitfa’ dawl fuq faċċata sikwit minsija mill-figura kumplessa ta’ Mons. C. Psaila: il-ħidma tiegħu fuq id-Dizzjunarju Ingliż u Malti, magħruf l-aktar bħala d-Dizzjunarju ta’ Dun Karm. It-taħdita se tiffoka fuq tliet oqsma ewlenin: 1. l-istorja tad-Dizzjunarju Ingliż u Malti 2. il-filosofija ta’ Psaila dwar il-lingwa u l-lessikografija 3. analiżi ta’ aspetti mid-Dizzjunarju li kienu nnutaw il-kritiċi.
Se ssir fil-31 ta’ Ottubru 2023 fis-18:00 fis-Sala Francis Ebejer – Lecture Theatre 2, l-Università ta’ Malta.

Ara Aktar