Taħdita tal-Professur Vladimir Martinovski

Il-Professur Vladimir Martinovski mill-Università ta’ SS Cyril and Methodius, Skopje, il-Maċedonja ta’ Fuq, se jagħti taħdita bl-Ingliż bit-titlu Poetry in Dialogue With Music’. Din l-attività hi miftuħa għall-istudenti, l-akkademiċi, u l-pubbliku.

Il-Prof. Martinovski jgħallem il-Letteratura Komparattiva u hu l-mistieden akkademiku tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti. Huwa membru tal-bord eżekuttiv tan-Network Ewropew għall-Istudji Letterarji Komparattivi u l-Versopolis (network Ewropew tal-poeżija). Minbarra l-ħidma akkademika tiegħu fl-oqsma tal-mużika, il-letteratura, l-arti viżiva, u l-poeżija, il-Prof. Martinovski huwa poeta magħruf f’pajjiżu u rebaħ għadd ta’ premjijiet letterarji fil-Maċedonja ta’ Fuq u lil hinn.

It-taħdita se ssir it-Tlieta 28 ta’ Marzu fis-7.00pm, fis-Sala Erin Serracino Inglott (LT1), l-Università ta’ Malta.

_ _ _

Professor Vladimir Martinovski from the University of SS Cyril and Methodius, Skopje, North Macedonia, will be giving a public lecture in English on Poetry in Dialogue With Music’. This event is open to students, academics, and the general public.

Prof. Martinovski, visiting Malta as an academic guest of the Department of Maltese within the Faculty of Arts, teaches Comparative Literature. He is a member of the executive board of the European Network for Comparative Literary Studies and Versopolis (European network for poetry). Besides his academic output focusing on music, literature, visual arts, and poetry, Prof. Martinovski is one of his country’s leading poets, winning various literary awards in North Macedonia and beyond.

The lecture will be held on Tuesday 28 March at 7.00pm, in Erin Serracino Inglott Hall (LT1), at the University of Malta.

Ara Aktar