Thomas Pace jintervista lil Gordon Caruana, l-awtur tal-ktieb “Tifkiriet: Minn Fomm il-Poplu”

It-Tnejn 7 ta’ Marzu 2022, fis-6:00pm, Thomas Pace jintervista lil Gordon Caruana, l-awtur tal-ktieb “Tifkiriet: Minn Fomm il-Poplu”. Din it-taħdita se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din it-taħdita hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar