Dwarna
Din il-paġna tiġbor l-għeruq, il-forom, il-prefissi u s-suffissi ta’ għadd ta’ oqsma grammatikali fil-Malti, bħall-verbi trilitteri u kwadrilitteri, in-nomi verbali, in-nomi u l-aġġettivi diminuttivi, u n-nomi mimmati. Il-proġett, li hu kkoordinat minn Dr Michael Spagnol bil-għajnuna ta’ Fransianne Cutajar, qed jinbena bis-saħħa ta’ dawn ir-riżorsi:
Data | Titli | Awtur | Tagħrif |
---|---|---|---|
1975 | Il-Miklem Malti | Erin Serracino-Inglott | Klabb Kotba Maltin |
1987 - 1990 | Maltese-English Dictionary (2 vol.) | Joseph Aquilina | Klabb Kotba Maltin |
1995 | Loan Verbs in Maltese | Manwel Mifsud | Brill |
1997 | Il-Partiċipju Attiv | Albert Vella | Teżi tal-BA (Unuri) |