abjad

  • Ingliż white
  • Grammatika nom maskili
  • Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
  • Ħajr Raggio (2013)

Definizzjoni

Il-kulur li fil-knejjes hu assoċjat u jintuża fil-festi tal-qaddisin li mhumiex appostli jew martri, fil-festi ta’ qaddisin verġni, nisa u anġli, fil-festi relatati ma’ Kristu barra dawk tal-Passjoni, fi żmien l-Għid u waqt is-Sagramenti tal-Magħmudija, l-Ewkaristija, l-Ordni Sagri u ż-Żwieġ. Il-qassis jilbes pjaneta bajda f'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.