artal

  • Ingliż altar
  • Grammatika nom maskili
  • Plural artali
  • Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri

Definizzjoni

Il-post fejn isiru ċ-ċerimonji reliġjużi li jintrama' skont iż-żmien jew il-festa liturġika li jkun hemm matul is-sena. Normalment l-artal ikun maqsum fi tliet xkafef/partijiet li huma: il-prima li hija l-ixkaffa ta' fuq li ħafna drabi fuqha jkun hemm il-gandlieri bix-xemgħa u s-salib; is-sekonda l-ixkaffa tan-nofs li tiżżejjen f'xi festi speċjali; u t-terza, li tissejjaħ il-'mensa', fejn ikun hemm it-terħa l-bajda u l-ħamra.