- Ingliż bench
- Grammatika nom maskili
- Plural bankuni
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri, Il-Ġimgħa Mqaddsa
Definizzjoni
1. Għamara tal-injam magħmula minn erba' faċċati li ġeneralment tkun f'nofs is-sagristija tal-knisja u li tkun mimlija kxaxen kbar minn kull naħa u fihom jitpoġġew xi armar tal-knisja. Fuq wiċċ il-bankun jiġi ppreparat l-ilbies tal-quddiesa filwaqt li jitħallew xi karti jew kotba li jkollu bżonn xi qassis għal xħin iqaddes. 2. Għamara tal-injam li għandha forma ta' tliet siġġijiet imwaħħlin ma' xulxin u titpoġġa fil-ġenb fuq il-presbiterju għal xi festi partikolari. Fin-nofs joqgħod iċ-ċelebrant u fil-ġnub iż-żewġ konċelebranti l-oħra. Dan ma għadux jintuża u minflok jintużaw biss sedji għas-saċerdoti. 3. Il-parti li magħha huwa mwaħħal il-pedestall li fuqu jkun hemm l-istatwa u tinġarr bil-lasti tal-injam f’xi purċissjoni. Hija l-parti ta’ fuq tal-bradella li fiha jidħlu l-lasti biex tinġarr il-vara.