bizzilla

  • Ingliż lace
  • Grammatika nom femminili
  • Plural bizzilel; bizzilli
  • Varjant bizzilla taċ-ċombini
  • Qasam Bizzilla

Definizzjoni

Kull xogħol minsuġ fuq disinn bil-ħajt tal-ħarir u t-tislib taċ-ċombini mehmuż bil-labar fuq trajbu, li jiġi bħal rakkmu, għall-għenuq, frillijiet, eċċetra. Illum bil-kelma ‘bizzilla’ aktarx jirreferu għall-imħadda taċ-ċombini bix-xogħol tal-bizzilla qed jinħadem fuqha.