- Ingliż rock
- Grammatika nom maskili
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Materjal solidu, iffurmat minn minerali varji, li minnu huwa magħmul wiċċ id-dinja, inkluż qiegħ il-baħar. Fil-gżejjer Maltin għandna ħames saffi ewlenin ta’ blat sedimentarju: il-qawwi ta' fuq, ir-rina, it-tafal, il-globiġerina (jiġifieri l-franka, il-qargħajja u l-ġebla tal-kwiener magħdudin flimkien) u l-qawwi ta' taħt jew iż-żonqor.