- Ingliż wave-cut platform
- Grammatika nom femminili
- Plural blataformi
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Pjanura aktarx magħmula mill-blat tal-globiġerina, ftit ċentimetri ’l fuq jew ’l isfel mil-livell tal-baħar, li tifforma bl-erożjoni jew bil-qawwa tal-mewġ. Fost l-aktar eżempji ċari, għandna l-Blata ta’ Buxiħ taħt Ħad-Dingli, is-Sidra ħdejn Għar Ħasan, u d-Dkieken ’il barra mix-Xlendi.