- Ingliż sconce
- Grammatika nom maskili
- Plural brazzi
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
Definizzjoni
Jintrama mal-ħajt maġenb xi artal jew mal-pilastri tal-knisja li miegħu jkun hemm bozza mwaħħla biex titfa' d-dawl meta jkun mixgħul. Normalment matul is-sena l-brazzi jkunu sempliċi ħafna bħala għamla, iżda f'xi festa kbira jinbidlu u jintramaw oħrajn ikbar u isbaħ, fejn fuqhom ikun hemm ukoll fjurett artifiċjali armat magħhom.