- Ingliż eclipse
- Grammatika nom maskili
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Meta pjaneta jew qamar jgħattu bid-dell tagħhom jew jitgħattew bid-dell ta’ pjaneta jew qamar ieħor. L-iktar każi komuni huma l-eklissi tax-xemx (solari), meta l-qamar jgħaddi minn bejn id-dinja u x-xemx u jitfa’ d-dell tiegħu fuq id-dinja; u l-eklissi tal-qamar (lunari), meta d-dinja tiġi bejn ix-xemx u l-qamar, u l-qamar jidħol fid-dell tad-dinja.