- Ingliż nuclear energy
- Grammatika nom femminili
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Enerġija maħluqa f’reattur nukleari bil-qsim tal-atomu tal-uranju, bi proċess imsejjaħ fissjoni. F’dan il-proċess tinħoloq ħafna sħana li tintuża biex tbiddel l-ilma fi fwar. Il-fwar jintuża f’impjant nukleari biex idawwar it-turbini u jiġġenera l-elettriku.