erożjoni

  • Ingliż erosion
  • Grammatika nom femminili
  • Qasam Ġeografija
  • Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija

Definizzjoni

Il-proċess naturali li bih jittiekel il-blat bil-mewġ tal-baħar, bir-riħ, bl-ilma ġieri u bis-silġ. Il-blat li jittiekel jinġarr mir-riħ jew mill-ilma u jiġi ddepożitat xi mkien ieħor. Ara wkoll tgħawwir.