fiswet il-kelb

  • Ingliż nettle-leaved figwort
  • Grammatika nom femminili
  • Varjant biswet il-kelb; biswit il-kelb
  • Qasam Mediċina

Definizzjoni

Għamla ta’ glandola taħt il-ġilda fil-ġisem, li tintefaħ bħal boċċa, li madankollu ma tuġax, l-aktar fil-ġogi ta’ taħt l-abtejn jew bejn il-wirkejn u taħt iż-żaqq, l-eqreb ta’ fejn wieħed ikollu xi infjammazzjoni jew infezzjoni.