foresta tropikali milwiema

  • Ingliż tropical rainforest
  • Grammatika nom femminili
  • Qasam Ġeografija
  • Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija

Definizzjoni

Foresta kbira u folta, b’siġar kbar u ħafna xtieli li tinsab fiż-żoni tropikali (ftit ’il fuq u ’l isfel mill-Ekwatur) bi klima sħuna u umda, bħall-Foresta tal-Amażonja fl-Amerka t’Isfel. Hija l-aktar ekosistema sinjura u fiha nsibu żewġ terzi tal-ispeċi kollha tal-annimali u l-pjanti tad-dinja.