- Ingliż lower globigerina limestone
- Grammatika nom femminili
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Is-saff t’isfel ta’ din il-formazzjoni li minnu jinqatgħu l-knatan għall-bini, il-balavostri, u ċ-ċangaturi. Tvarja minn post għal ieħor u skont il-fond tal-barriera. Fost it-tipi ta’ franka hemm il-bajda, is-safra, tal-għoqod, tat-tebgħa tas-sadida, u s-soll.