- Ingliż toxic gas
- Grammatika nom maskili
- Plural gassijiet tossiċi
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Gass velenuż, spiss maħluq bl-attività industrijali, bħad-duħħan li joħroġ miċ-ċmieni tal-impjanti tal-enerġija (power stations) bil-ħruq ta’ fjuwils fossili jew petrokimiċi. Dawn il-gassijiet iniġġsu l-arja, ibiddlu l-klima u jistgħu joħolqu xita aċiduża.