- Ingliż cave
- Grammatika nom maskili
- Plural għerien
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Daħla naturali aktarx fonda fil-blat fuq l-art, bħalma nsibu f’Għar Ħasan, mal-baħar f’Għar Lapsi, jew taħt il-baħar bħall-Ħofra tal-Bidwin (Blue Hole) fid-Dwejra u l-Għerien tal-Imnieri f’Kemmuna. Għar imdaqqas u kenni fuq l-art ġieli jissejjaħ 'mixta' u għar fil-baħar ġieli jissejjaħ 'forna'.