għarma tar-ramel

  • Ingliż sand dune
  • Grammatika nom femminili
  • Plural għaram tar-ramel
  • Qasam Ġeografija
  • Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija

Definizzjoni

Munzell jew għolja baxxa ta’ ramel, ftit ’il ġewwa minn xi bajja ramlija, bħalma nsibu r-Ramla l-Ħamra u r-Ramla tal-Mixquqa. Fid-deżerti, bħas-Saħara, insibu mniezel ħafna akbar minn dawn magħmula minn ramel li jkun inġarr mar-riħ.