iċ-Ċirku tan-Nar tal-Paċifiku

  • Ingliż Pacific Ring of Fire
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

L-akbar żona siżmika b’għadd kbir ta’ vulkani u theżżiżiet tettoniċi mad-dawra kollha tal-Oċean Paċifiku. Dan iċ-ċirku hu magħmul minn serbut ta’ 452 vulkan, xi wħud minnhom taħt il-baħar. Jibda mill-qiegħ tal-Amerka t’Isfel, jitla’ mal-kosta tal-Punent tal-Amerka ta’ Fuq, jaqsam il-fliegu ta’ Bering u jinżel lejn il-Ġappun u New Zealand, f’distanza ta’ 40,000 km.