inkwina

  • Ingliż anvil
  • Grammatika nom femminili
  • Plural inkwini; inkwejjen
  • Qasam Ħaddied
  • Ħajr Bajada (2019)

Definizzjoni

Għodda tal-ħadid li fuqha l-ħaddied jibdel il-forma ta' xi ħadida billi jagħtiha bosta daqqiet. It-tarf li ġej għall-ponta jintuża biex il-ħaddied idawwar xi ħadida fit-tond u t-tarf il-kwadru jintuża biex il-ħaddied jidritta xi ħadida ħoxna.