kannizzata

  • Ingliż fish aggregating device
  • Grammatika nom femminili
  • Plural kannizzati
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Irkaptu tas-sajd magħmul minn sufri u ġablow li jżommu fil-wiċċ bil-weraq tal-palm taħthom, u bil-knatan fil-qiegħ biex jibqa’ f’postu. Il-ħut, l-aktar il-lampuki u l-fanfri, jistkenn taħt il-kannizzata u jinqabad b’xibka f’għamla ta’ tartarun.