klima temperata

  • Ingliż temperate climate
  • Grammatika nom femminili
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Il-klima f’reġjuni fejn it-temperatura la tkun kiesħa ħafna u lanqas sħuna ħafna. Il-pajjiżi li qegħdin bejn it-Tropiku tal-Kaprikornu u ċ-Ċirku Artiku fl-Emisfera ta’ Fuq u bejn it-Tropiku tal-Kankru u ċ-Ċirku Antartiku fl-Emisfera t’Isfel, għandhom klima temperata. Iż-żoni temperati jkollhom erba’ staġuni differenti tul is-sena. Fost il-klimi temperati hemm il-klima Mediterranja, bi sjuf sħan u xotti u xtiewi mhux kefrin.