- Ingliż latitude
- Grammatika nom femminili
- Plural latitudnijiet
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Linja orizzontali immaġinarja fuq il-globu jew il-mappa tad-dinja li turi d-distanza mill-Ekwatur ’il fuq jew ’l isfel. Din id-distanza titkejjel bil-gradi. Flimkien mal-lonġitudnijiet, il-latitudnijiet jgħinu biex tinsab il-pożizzjoni eżatta ta’ post.