lonġitudni

  • Ingliż longitude
  • Grammatika nom femminili
  • Plural lonġitudnijiet
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Linja vertikali immaġinarja fuq il-globu jew il-mappa tad-dinja li turi d-distanza mill-Meridjan ta’ Greenwich lejn il-Lvant jew lejn il-Punent. Din id-distanza titkejjel bil-gradi u l-minuti. Flimkien mal-latitudnijiet, il-lonġitudnijiet jgħinu biex tinsab il-pożizzjoni eżatta ta’ post.