- Ingliż mitre
- Grammatika nom femminili
- Plural mitri
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
Definizzjoni
Bħal kappell għoli ġej għall-ponta minn fuq u żewġ strixxi tad-drapp irqaq imdendlin fuq wara. Din tista' tingħalaq u terġa' tinfetaħ meta tkun ser tintuża minn xi isqof jew prelati oħra f'xi ċerimonji.