miżbla kkontrollata

  • Ingliż engineered landfill
  • Grammatika nom femminili
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Post fejn l-iskart jindifen b’mezzi u b’sistemi moderni li jnaqqsu l-ħsara ambjentali. Hawn jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex il-meraq tossiku ma jniġġisx l-art, l-ilma tal-pjan u l-baħar, u biex il-gassijiet jinġabru u jiġu ttrattati.