moħriet

  • Ingliż plough
  • Grammatika nom maskili
  • Plural mħaret
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Għodda tal-injam jew tal-ħadid miġbuda minn bhima li biha l-bdiewa jqallbu l-ħamrija, jeqirdu l-ħaxix selvaġġ, iħejju r-raddi għaż-żrigħ u jaqilgħu l-prodott lest, bħall-patata. Illum jintużaw ħafna aktar l-imħaret mekkaniċi.