- Ingliż fishing pot
- Grammatika nom femminili
- Plural nases
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Irkaptu tas-sajd magħmul f’għamliet differenti mill-qasab, mis-simar jew mill-fildiferru. L-aktar nassa komuni hija tal-vopi. Dawn għandhom il-forma ta’ lanġasa u jintefgħu l-baħar bil-lixka fihom. Il-ħut jidħol għal-lixka u ma jsibx tarf joħroġ. Hemm nases akbar, f’għamla ta’ qanpiena, li jitniżżlu fil-qiegħ mingħajr lixka għall-arżnell u l-munqara, u nases oħrajn għall-qarnit.