passaġġ taħt l-art

  • Ingliż water gallery
  • Grammatika nom maskili
  • Plural passaġġi taħt l-art
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Kanal imħaffer fil-blat żonqri mal-livell tal-baħar biex fih jinġabar l-ilma tal-ħażna tal-pjan, bħalma nsibu fl-impjant għall-ippumpjar tal-ilma f’Ta’ Kandja. L-ilma li jiskula mis-saqaf ta’ dan il-passaġġ iċarċar f’ġiebja mħaffra fil-blat stess u jerġa’ jiġi ppumpjat ’il fuq.