- Ingliż wind-vane
- Grammatika nom maskili
- Plural pinnuri, pniener
- Varjant dewwiema
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Strument tat-temp li juri d-direzzjoni tar-riħ. Ħafna drabi jkun magħmul minn vleġġa li ddur u turi minn fejn ikun ġej ir-riħ. Ngħidu aħna jekk il-vleġġa tipponta lejn il-Lvant, ir-riħ ikun qed jonfoħ mil-Lvant.