- Ingliż nail punch / nailset
- Grammatika nom maskili
- Plural pnietel; puntelli
- Qasam Mastrudaxxa; Skarpan
Definizzjoni
Biċċa għodda rqiqa u tawwalija li tkun bħal virga tal-azzar b’quddiem bil-ponta, li tintuża biex il-mastrudaxxi jdaħħlu l-imsiemer ’l isfel fl-injam billi jsammru fuqha bil-martell. L-iskarpani jużawha wkoll biex isammru fuqha biex idaħħlu l-imsiemer fiż-żraben.