Terminu ġenerali li jirreferi għal għodda tawwalija b'manku u bi snien raffi, simili għal lima, li tintuża mill-mastrudaxxi meta jkunu jridu jnaqqsu mill-ħxuna tal-injam jew ta' xi minċott biex jiffittjawh fil-bejta. Din tintuża mill-iskarpani biex inaqqsu l-ħxuna tal-ġild.
Biex intejbu l-esperjenza tiegħek f'dan is-sit, nużaw il-cookies. Jekk tkompli tfittex fih, nassumu li inti taqbel ma' dan.