- Ingliż sandpaper
- Grammatika nom femminili
- Plural sandpapers
- Qasam Mastrudaxxa, Skarpan, Regatta
Definizzjoni
Terminu ġenerali li jirreferi għal materjal li llum il-ġurnata hu magħmul mill-qoton jew materjal ieħor sintetiku u jkollu naħa minnhom imwaħħla b'biċċiet ta' minerali li joborxu. Il-mastrudaxxi jużaw is-sandpaper biex jillixxaw u jirfinaw l-injam jew l-isprej filwaqt li l-iskarpani jużawha biex jirfinaw. Din tiġi f’diversi tipi u ħxuniet differenti. Jekk wieħed ikun qed jagħdem fuq opra tal-baħar u jkun irid id-dgħajsa iktar ħġieġ, jixkatlaha b’sandpapers fini.