sehem

  • Ingliż share
  • Grammatika nom maskili
  • Qasam Ekonomija
  • Ħajr Briguglio (2023)

Definizzjoni

Unità li jkollu azzjonist ta’ kumpanija. Il-valur ta’ kull sehem li jkun negozjat fil-Borża jista’ jitla’ u jinżel skont l-ogħla prezz li x-xerrejja jkunu lesti jħallsu u l-anqas prezz li l-bejjiegħa jkunu lesti jaċċettaw. Meta jixtri sehem, sid l-ishma jistenna li jingħata dividend. Dan ġieli ma jingħatax, l-aktar meta l-kumpanija tmur ħażin jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jissaħħaħ il-kapital finanzjarju tal-istess kumpanija.